L-attriċi, preżentatriċi u kantanta Tiziana Calleja tkellmet għall-ewwel darba dwar il-kumplikazzjonijiet u d-diffikultajiet li affaċjat sakemm illum il-ġurnata tista' tħaddan magħha lil binha Zack li tqisu bħala "miraklu".
"Inħossni xxurtjata li nista' nżomm lil Zack miegħi iktar u iktar meta naf li hawn min li lanqas għandu tarbija," stqarret Tiziana emozzjonata fejn tkellmet iżjed dwar l-isfidi li affaċjat sakemm setgħet tgħannaq lil Zach f'intervista waqt Sibtek.
"Meta tlaqna mill-isptar u konna sejrin lura d-dar lanqas stajt nemmen," kompliet il-preżentatriċi li tappella wkoll lil ommijiet oħrajn li għaddejjin minn sitwazzjonijiet simili sabiex jagħmlu kuraġġ.
"Kultant nistaqsi għalfejn kellna ngħaddu minn dan kollu għax din it-tarbija hija l-iktar ħaġa prezjuża u għalhekk ngħid li l-Bambin verament riedu jiġi għandi," ttemm tgħid emozzjonata Tiziana fejn tispikka l-imħabba tagħha lejn binha Zack.
Prosit, Tiziana!
Ritratti: Facebook / Sibtek u Tiziana Calleja