Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju 2026, żewġ seminaristi Għawdxin se jagħmlu pass importanti fil-mixja tagħhom lejn is-saċerdozju hekk kif se jirċievu l-Ordinazzjoni Djakonali fil-Katidral tal-Assunta fir-Rabat, Għawdex.
Iċ-ċelebrazzjoni se tibda fis-18:30 u se tkun immexxija minn Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex.
Is-seminaristi li se jiġu ordnati djakni huma Anthony Joe Borg mill-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija fix-Xagħra u Fabio Cini mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema fiż-Żebbuġ.
L-Ordinazzjoni Djakonali hija pass sinifikanti fil-formazzjoni ta’ dawk li qed iħejju ruħhom għas-saċerdozju, hekk kif id-djakni huma msejħa biex jaqdu lill-Knisja permezz tal-ministeru tal-Kelma, tal-Liturġija u tal-karità.
Dawk li ma jkunux jistgħu jattendu għaċ-ċelebrazzjoni fil-Katidral se jkollhom l-opportunità jsegwuha direttament permezz tal-paġni soċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex kif ukoll fuq UTV.
Facebook / Diocese of Gozo