Hooli ilu ftit nieqes mix-xena lokali imma mhux se jdum wisq! Fuq post li ħalla fuq Facebook għadu kemm ikkonferma li se jirritorna u bil-Kbir.
“Ħafna staqsew, stennew, xtaqu/riedu xogħol ġdid mingħand il-Hooli, min bil-Malti u min bl-Ingliz. Wara ħafna żmien kwiet (naħdmu minn wara l-kwinti) ser nirritornaw bil-kbir!” – Hooli
Biex ikompli jiżra fina element ta’ kurżita, l-Hooli tella’ teaser! Fil-filmat li jidher hawn taħt, Hooli instema’ jkanta kanzunetti ġodda. Waħda minnhom titkellem fuq tfulitu… “Nixtieq nagħti ġidi u ngħix tfuliti” – Hooli.
Hooli / Facebook