Il-paġna Guilherme’s Journey of Hope messet il-qlub ta’ bosta b’post emozzjonali u sinċier ddedikat lil missier. F'messaġġ li juri r-realtà u l-isfidi li jiffaċċjaw persuni b'diżabilità u l-familjari tagħhom, tressqet storja ta' mħabba inkundizzjonata li tispikka f'kull ċirkostanza tal-ħajja.
Segwi l-filmat hawn
Il-messaġġ jiddeskrivi kif ħarġa lejn Lejla Maltija, li suppost kellha tkun okkażjoni ta' divertiment, inbidlet f'mument diffiċli meta l-emozzjonijiet ħadu l-kontroll u l-missier kellu jieħu lil ibnu lura d-dar. Minkejja l-mumenti iebsa fejn iħossu differenti minn ħaddieħor, jispikka l-fatt li l-missier qatt ma ċeda u dejjem baqa' hemm biex jifhmu u jissapportjah.
Il-post jintemm b'ringrazzjament mill-qalb għaliex il-missier dejjem jagħżel li jara l-persuna u l-karattru ta’ ibnu qabel id-diżabilità tiegħu stess. Huwa appell pubbliku sieket iżda b'saħħtu biex is-soċjetà titgħallem turi aktar empatija, paċenzja u mħabba lejn dawk li għaddejjin minn sfidi simili ta' kuljum.
Bravu Guilherme!
Facebook/Guilherme’s Journey of Hope