Il-membru parlamentari Ivan Castillo saħaq dwar l-importanza tad-donazzjonijiet tad-demm. Permezz ta’ ritratti u kelmtejn fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, hu spjega li ħa d-deċiżjoni li jagħti d-demm, u ħajjar lis-segwaċi tiegħu jagħmlu l-istess.
Hu kiteb, “Ftit minuti... jistgħu jsalvaw ħajja. Illum tajt id-demm. Donazzjoni żgħira għalina, iżda tista’ tfisser kollox għal xi ħadd ieħor. Kun int ukoll id-differenza.”
Hu rringrazzja lis-Soċjeta`Mużikali San Pawl ta’ San Pawl il-Baħar talli ħadu l-inizjattiva biex jorganizzaw dan l-avveniment għall-għoti tad-demm. Fil-kummenti ta’ Ivan Castillo, il-paġna tad-Ċentru Tad-Donazzjoni tad-Demm kitbet, “Grazzi f’isem il-pazjenti li salvajt.”
Nirringrazzjawh għal dan il-ġest nobbli u nħeġġu lil ħaddieħor jagħmel l-istess.
Facebook / Ivan Castillo