Il-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun appellat għall-għajnuna tal-pubbliku biex jiġi kkontrollat il-ħamiem selvaġġ.
Kitbu, “Kontroll tal-Ħamiem Selvaġġ fiż-Żejtun: Għandna bżonn il-kooperazzjoni tiegħek! Enya Abela bħala l-Kunsilliera Lokali responsabbli mis-Saħħa u s-Sanità, qed tkompli taħdem flimkien mal-Kunsill Lokali biex nindirizzaw il-problema tal-ħamiem selvaġġ fil-lokalità tagħna.”
Qalu wkoll, “Qed nitolbu l-għajnuna tar-residenti biex nidentifikaw proprjetajiet abbandunati jew fi stat ta’ telqa li għandhom aperturi miftuħa jew nuqqas ta’ manutenzjoni, fejn il-ħamiem qed jidħol u jbejjet. Jekk għandek xi informazzjoni, anke jekk huwa biss l-indirizz, jekk jogħġbok għaddihielna.”
Spjegaw li nistgħu nikkuntattjawhom fuq il-mobajl bin-numru 79271846, jew fuq it-telefon tal-uffiċju fuq in-numru 21663866.
Żiedu jgħidu, “Tfakkira Legali dwar il-Bye-Laws: Obbligu tas-sidien: Iridu jagħlqu l-proprjetajiet abbandunati biex il-ħamiem ma jidħolx. Infurzar u Multi: Il-Kunsill se jieħu passi legali fejn jinstab ksur ta’ dawn il-liġijiet lokali.”
Facebook / Kunsill Lokali Żejtun