"11-il Sena Ilu, IItqajna Wara 36 Sena. Minn Dakinhar Ma Ħarisniex Lura" – Phylisienne Brincat

Phylisienne Brincat fuq il-mezzi soċjali tagħha tiċċelebra anniversarju għal qalbha mmens. Hi tikteb, “11-il sena ilu, iltqajna wara 36 sena. Minn dak in-nhar ma ħarisniex lura… tlajja u nżul kemm trid… saħansitra affarijiet li ma jemminhomx in-nies tad-dinja… sopranaturali.”

Hi tkompli, “Imma grazzi Mulej, għadna hawn sodi, fejn issa wkoll ħaġa waħda mal-Missier tas-sema f’isem Ġesù. Ejja nkomplu din it-triq tant sabiħa flimkien, id f’id, għażiż żewġi ta’ qalbi, Antray. Inħobbok ħafna ħafna. Il-Mulej ibierkek.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbhom. Nawgurawlhom aktar saħħa, imħabba u memorji sbieħ flimkien.





Facebook / Phylisienne Brincat



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI