Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Oliver Scicluna qasam mas-segwaċi tiegħu kelmtejn mill-isbaħ f’jum l-anniversarju tiegħu u martu Angela.
Beda billi qal, “11 il-sena miżżewġin. Iż-żmien jgħaddi bħal-leħħa ta’ berqa u xi kultant lanqas tirrealizza kemm jgħaddi malajr. Ilni naf lil Angela ‘l fuq minn 22 sena, żmien li konna ħbieb, 10 snin għerusija u 11-il sena miżżewġin. Kull sekonda li qattajna flimkien mitqlu deheb! Naqra minn kollox; argumenti, ċajt, daħk, biki iżda kollox għamilna b’imħabba u fiduċja f’xulxin. Karattri opposti ta’ xulxin imma fl-istess ħin naqblu ħafna.”
Żied, “Angela, nħobbok u grazzi tal-persuna li int. Jien m’jien romantiku xejn u ħafna drabi nidher ftit iebes, iżda kif ngħid dejjem għalija l-ewwel u qabel kollox tiġi l-familja, Ang, Declan u Aidan. Dawk huma li jagħmluni l-jien veru. Għal aktar snin, jekk Alla jrid!”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlhom f’dan il-jum speċjali!
Oliver Scicluna