“Mistenni Riħ Moderat Għall-Qawwi Mill-Majjistral U Ser Ibaxxi T-Temperatura” – Aġġornament Tat-Temp

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp żammew lis-segwaċi tagħhom aġġornati ma’ dak relatat ma’ temp fejn qalu wkoll li mistennija tinsel xi ftit it-temperatura mill-ġimgħa d-dieħla.

Huma qalu. “Irridu nhar il-Ħamis li ġej biex ikollna waqa’ fit-temperatura. Dan hekk kif firxa wiesgħa ta' pressjoni baxxa ser iġġib magħha Majjistral moderat għall-qawwi minn nhar il-Ħamis 23 ta' Lulju u t-temperatura tinżel lejn l-34°C. Ir-riħ mistenni jdum jumejn sħaħ qawwi mil-Majjistral. Dwar ir-riħ wieħed irid mill-inqas nhar it-Tnejn li ġej biex ikollna idea ċara dwar kemm ser idum u l-qawwa tiegħu. Dan għar-raġuni li jista’ jinbidel kompletament lejn tmiem il-ġimgħa tal-ġimgħa d-dieħla.”

Żiedu wkoll, “Naf li ħafna huma interessati ħabba l-festi li hemm id-dieħla, però meta ma nkunux ċerti ma nkunux nistgħu nagħtu informazzjoni korretta. S’issa nistgħu nantiċipaw biss li l-Ħamis u l- Ġimgħa tad-dieħla mistenni riħ moderat għall-qawwi mill-Majjistral u ser ibaxxi t-temperatura.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI