Permezz ta’ kitba fuq il-grupp pubbliku Indian Community in Malta, Sunny Jaat qasam mal-bqija tal-membri appell rigward Vishav li kellu bis 18-il sena u deher l-aħħar proprju bħal-lum 4 xhur ilu. Jaat qal li “il-familja tiegħu għadhim maqfulin f’ħolma kerha mingħajr tweġibiet.”
Żied, “Kif jista’ xi ħadd jisparixxi kompletament fuq gżira żgħira mingħajr traċċi? 4 xhur ta’ silenzu huma ta’ wġiegħ kbir, ma nistgħux inħallu dan il-każ jintesa.” Tkellem ukoll dwar il-fatti tal-każ fejn qal li Vishav ħalla l-kamartu mingħajr bagalja, passaport, jew charger tal-mowbajl, jiġifieri xejn ma kien qed jindika li kien qed jippjana jħalli l-pajjiż.
Ixxerjaw dan l-artiklu!
Sunny Jaat/indian community in Malta