Ilbieraħ saru 2955 test tal-Covid-19 biex instabu 121 każ ġdid filwaqt li 122 persuna fiequ. B’kollox f’Malta għandna 2120 każ attiv ta’ Covid-19. L-aġġornament tal-lum hemm miżjudin l-ammont ta’ mwiet, fejn mill-bieraħ żdiedu 3 imwiet oħra, biex b’hekk jitilgħu għal 95 mewta.
Mill-każijiet tal-bieraħ jidher li hemm 25 każ li ġej minn membri tal-familji. Kien hemm 9 każi b’kuntatt dirett ma’ persuni fuq ix-xogħol u 5 każi oħra b’kuntatt dirett.