Illum il-Fondazzjoni OASI qed tiċċelebra 35 sena minn meta twaqqfet. Din il-fondazzjoni toffri tama u appoġġ lil min ikun għaddej minn sfidi ta’ vizzji.
Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom kitbu, “Għal 35 sena, il-Fondazzjoni OASI, baqgħet b’dedikazzjoni toffri sapport, tama, u ċans ġdid lil dawn li qed jissieltu mal-vizzji u sfidi relatati. Wara kull storja ta’ persuna li rnexxielha tegħleb l-isfidi, hemm il-kuraġġ, dedikazzjoni, u komunita` li qatt ma taqta’ qalbha.”
Żiedu jgħidu, “Illejla, se jkollna ċerimonja speċjali biex niċċelebraw dan it-tragward importanti u nonoraw lill-persuni, memorji, u vjaġġi li ffurmaw dawn il-35 sena. Grazzi lil kull min kien parti mill-missjoni tagħna matul is-snin. Flimkien, inkomplu nibnu t-tama!”
Facebook / OASI Foundation