“16-iI Sena… Aħna Nħossu L-Preżenza Tiegħek Kuljum” – Iben Il-Kantant Dominic Grech Ta’ The Tramps

Dominic Grech ta’ The Tramps illum jagħlaq 16-il sena minn meta ħalla din id-dinja. The Tramps tawna tnejn mill-aktar kanzunetti ikoniċi fil-mużika Maltija, il-kanzunetta Xemx li żgur jaf kulħadd u l-kanzunetta Inti Djamant li żgur m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni.





It-tifel ta’ Dominic Grech, Richard sellem lil missieru fuq Facebook u qasam ritratt tiegħu jagħmel dak li tassew kien iħobb, ikanta. Richard kiteb, “16-il sena ilu tirt lil hinn, iżda aħna nħossu l-preżenza tiegħek kuljum. Inħobbuk Pa.”

Aħna f’isem Gwida.mt, insellmu l-memorja tiegħu u nirringrazzjaw lilu u l-kumplament ta’ The Tramps tal-kanzunetti sbieħ li ħallew fir-repertorju Malti. Dawn illum saru klassiċi.



Facebook / Maria Graziella Cassar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI