199 Familja Jibbenefikaw Minn €1.5 Miljun Biex Itejbu R-Residenzi Tagħhom – Sa €21,000 Għal Kull Applikant!

Matul din is-sena, 199 familja Maltija u Għawdxija ngħataw għajnuna finanzjarja diretta sabiex ikunu jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet tar-residenzi tagħhom. B'kollox, l-investiment f'din l-iskema laħaq il-€1.5 miljun.

Il-Ministru Owen Bonnici spjega li permezz ta' din l-iskema, kull applikant jista' jibbenefika minn għajnuna finanzjarja li tlaħħaq sa massimu ta' €21,000, skont il-bżonnijiet u l-eliġibbiltà tiegħu. L-għan huwa li l-għajnuna tasal għand dawk li verament għandhom bżonnha, filwaqt li jingħata aktar sostenn lil dawk li jinsabu f'sitwazzjonijiet aktar diffiċli.

Il-Ministru Bonnici saħaq, "Kull familja jistħoqqilha tgħix f'residenza diċenti, sigura u b'dinjità." Huwa żied li din l-għajnuna għandha twassal għal kwalità ta' ħajja aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin, filwaqt li tkompli tinbena soċjetà aktar ġusta li ma tħalli lil ħadd lura.

Permezz ta' dan l-investiment, aktar familji qed jingħataw l-opportunità li jagħmlu t-titjib meħtieġ fid-djar tagħhom u jgħixu f'ambjent aktar sigur u komdu.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI