3 Arrestati U Akkużati Li Allegatament Wettqu Għadd Ta’ Serqiet Minn Diversi Postijiet

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru Glenn Bedingfield qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ dwar aktar ħidma, din id-darba arresti fl-Isla.

Hu qal, “3 arrestati u se jitressqu l-Qorti. Fl-Isla, l-Pulizija solviet għadd ta’ każi ta’ serq illi saru fil-ġimgħat li għaddew.

L-investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija tal-Għassa ta’ Bormla wasslu biex tliet persuni se jkunu qed jitressqu l-Qorti akkużati li allegatament wettqu għadd ta’ serqiet minn diversi postijiet f’ħinijiet differenti tal-ġurnata.

Nirringrazzja lill-komunita’ Sengleana tal-koperazzjoni. Kulħadd jista’ jagħti daqqa t’id biex f’pajjiżna jkollna aktar sigurta’.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI