Avviż Ta’ Xogħlijiet Fuq In-Network Tan-New Water Fi Triq Qortin, Iż-Żurrieq

Mappa Żurrieq

Se jibdew xogħlijiet relatati man-network tan-New Water fi Triq Qortin, iż-Żurrieq, li se jsiru bejn is-6 ta' Lulju u s-27 ta' Ottubru 2026, kuljum bejn it-08:00 ta' filgħodu u s-19:00 ta' filgħaxija.

Matul dawn il-ħinijiet se jkunu qed isiru l-interventi meħtieġa biex jissaħħaħ in-network, filwaqt li barra l-ħinijiet tax-xogħol l-aċċess għat-triq se jibqa' possibbli.



Ir-residenti u l-bdiewa huma infurmati li l-parkeġġ mhux se jkun permess matul il-perjodu tax-xogħlijiet, u se jitwaħħlu l-permessi meħtieġa mill-Kunsill Lokali.

Dawk li jeħtieġu aċċess matul il-ħinijiet tax-xogħol huma mistiedna jikkuntattjaw lill-kuntrattur fuq il-post, skont il-kundizzjonijiet tas-sit.

L-awtoritajiet irringrazzjaw lir-residenti u lill-bdiewa għall-fehim u l-kooperazzjoni tagħhom hekk kif ikomplu jtejbu l-infrastruttura tan-New Water.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI