Il-kantant Malti Kersten Graham qasam messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali wara t-telfa taż-zija tiegħu, Louise, fejn esprima n-niket profond li qed iħoss għall-mewt tagħha. Fost kliem mimli emozzjoni, Kersten staqsa, "Għaliex Mulej? Ħadtha miegħek għax kienet wisq twajba għal din id-dinja? Kellek bżonnha?"
Huwa kompla jfakkar fil-qalb tajba taż-zija Louise, u qal li se jħossha nieqsa ħafna aktar milli qatt seta' jimmaġina. "Se nimmissjak ħafna aktar milli qatt ħsibt. Ma jkunx hawn il-qalb tajba li kellek, qatt," kiteb.
B'messaġġ li juri kemm kienet qrib qalbu, Kersten talabha biex tibqa' tħares lejhom minn hemm fuq, filwaqt li żied b'ton ta' mħabba li jittama li tibqa' tisma' u "tiżfen" mad-diski l-ġodda li se jkompli joħroġ. "Żomm idejk fuqna minn hemm fuq u nispera li jibqgħu jogħġbuk id-diski li noħroġ, u tiżfen magħhom minn hemm fuq," temm jgħid.
Minn naħa tagħna, nibagħtu l-kondoljanzi sinċieri lil Kersten Graham, lill-familja u lill-ħbieb kollha ta' Louise f'dan il-mument diffiċli.
Facebook / Kersten Graham