Illum nawguraw l-isbaħ xewqat fuq il-midja soċjali lill-attur lokali Daniel Azzopardi. Hu jibqa' magħruf l-iżjed għas-sehem tiegħu fis-sensiela komika Deċeduti li kienet saret madwar 15-il sena ilu.
Dak iż-żmien hu kien interpreta l-parti ta' Benjamin Sultana. Apparti minn hekk ħadem f'sensiliet li kienu ta' suċċess bħal L-Għarusa fejn ħadem il-parti ta' Guido. Waqt Strada Stretta interpreta l-parti ta' Tonin. Kellu rwol anke waqt Il-Klikka.
Kellu rwol ewlieni fit-tmexxija kulturali f’Malta, serva bħala Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv bejn l-2020 u l-2025 u, minn Diċembru 2025, inħatar Direttur tal-Istrateġija fi ħdan Arts Council Malta, fejn qed ikompli jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-settur kulturali u kreattiv Malti.
Awguri mill-qalb, Daniel!
Facebook/ Daniel Azzopardi