“Grat Li Se Nkun Qed Inkanta Fl-Isle Of MTV” – Esperjenza Ġdida Dan Is-Sajf Għall-Kantant Lokali Mychael Bartolo Chircop

Mychael MESC

Fost l-artisti Maltin li se jitilgħu fuq il-palk tal-Isle of MTV Malta 2026 hemm ukoll Mychael Bartolo Chircop, li ħabbar dan permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali.

Il-kantant żvela li se jkun qed jagħti prestazzjoni waqt il-festival popolari li se jsir fit-22 ta’ Lulju, u esprima l-gratitudni tiegħu lejn G7 Events u lil dawk kollha li tawh din l-opportunità.

Mychael mhuwiex wiċċ ġdid għas-segwaċi tal-mużika Maltija. Lura fi Frar li għadda, huwa ħa sehem fil-Malta Eurovision Song Contest 2026 (MESC) bil-kanzunetta My Sweet Angel, fejn spikka bħala wieħed mill-iżgħar parteċipanti fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Hu wasal fit-tielet post.

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Isle of MTV Malta se tlaqqa’ fuq l-istess palk artisti internazzjonali bħal Katy Perry, Afrojack u AIDAN.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI