Nawguraw Lill-Attur Lokali Ryan Galea F’Għeluq Sninu – Rajnieh F’Diversi Produzzjonijiet Televiżivi Popolari

Ryan Galea

L-attur lokali Ryan Galea qiegħed jiċċelebra għeluq sninu llum. Ryan jibqa’ maħbub għall-parti fenominali ta’ Simba fis-serje Evanġelisti u bħala Michael fis-serje Iċ-Ċaqqufa.

Lura fis-snin kien anke parti mill-kast ta' sensiliet bħal Gizelle. Apparti bħala attur, Ryan huwa artist bravissimu, fejn anke jgħallem l-arti lil bosta studenti.

F'Jannar tal-2023, Ryan, flimkien ma' martu, l-attriċi Maria Galea, saru ġenituri għall-ewwel darba taċ-ċkejkna Georgie.

Nixtiequ lil Ryan l-isbaħ affarijiet f'dan il-jum flimkien mal-iktar nies għal qalbu u dejjem! Awguri!

Ritratti:

Facebook/ Ryan Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI