“Ma Waqaftx Naħseb Kemm Il-Ħajja Hi Fraġli U Bħal Speċi Ta’ Switch, Iżda Jintefa U Ma Jerġax Jixgħel.” – Oliver Scicluna

Oliver Scicluna

F'messaġġ li kiteb fuq il-midja soċjali, Oliver Scicluna rringrazzja lil kull min bagħatlu l-awguri f'għeluq sninu. Jikteb li tassew jemmen fil-frażi "age is just a number", filwaqt li osserva kif fl-aħħar jiem ġraw diversi mwiet li jagħtuk x'taħseb.

Huwa sostna li, quddiem il-mewt, l-età ssir sekondarja, għax dak li jweġġa' l-aktar huwa n-nies li l-vittmi jħallu warajhom. Oliver qal li dawn l-avvenimenti fakkruh kemm il-ħajja hija fraġli, u ddeskriviha bħala "switch" li jista' jintefa' u ma jerġax jixgħel.

"Ma waqaftx naħseb kemm il-ħajja hi fraġli u bħal speċi ta’ switch, iżda jintefa u ma’ jerġax jixgħel," jikteb Oliver.

Fir-riflessjoni tiegħu, huwa tkellem ukoll dwar ir-reazzjonijiet li spiss jinqalgħu wara traġedji, fejn, skontu, xi wħud jagħtu aktar importanza lill-kurżità milli lir-rispett.

"Ir-rispett DEJJEM huwa l-ewwel u qabel kollox," kiteb, filwaqt li temm il-messaġġ tiegħu b'tislima lil dawk li tilfu ħajjithom: "Strieħu fil-paċi."

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI