The Malta Police Force kitbet dwar żjara edukattiva mill-istudenti tat-Tieni Sena ta' St Theresa School mill-uffiċjali tal-Pulizija ħalliet memorji sbieħ kemm għall-istudenti kif ukoll għalihom stess.
Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, il-Korp tal-Pulizija rringrazzja lill-edukaturi u lit-tfal għall-ittra ta’ apprezzament u r-ritratt sabiħ li bagħtu wara ż-żjara tagħhom fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat, Għawdex.
Il-Pulizija qalu li kien ta’ pjaċir għalihom jilqgħu lill-istudenti u jagħtuhom opportunità biex jitgħallmu aktar dwar il-ħidma importanti li ssir kuljum sabiex jinżammu komunitajiet siguri.
Matul iż-żjara, it-tfal kellhom l-opportunità jiltaqgħu ma’ uffiċjali tal-Pulizija u jifhmu aħjar l-irwol tagħhom fis-soċjetà.
"Nittamaw li din iż-żjara ispirat lil xi wħud minn dawn l-istudenti biex xi darba jikkunsidraw li jaqdu lill-komunità tagħhom," jagħlqu l-kitba tagħhom.
Prosit tal-ħidma kontinwa!