“Is-Suċċess Ma Telax Għal Rasu… Inħobbok Johnny. Kemm Nixtieq Xi Darba Narak” – Maria La Barokka Muscat

Maria La Barokka Muscat

Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat kitbet dwar attur ta' fama mondjali li tant tammira, mhux biss għax bravissimu, iżda anke għax hu persuna umli.

"Johnny Depp... għala nħobbu? Inħobbu għax l-ewwel nett attur tal-blieh... li kapaċi jqaxxar tant karattri... issa l-aħħar wieħed Ebenezer. Imma nħobbu l-iktar għax mhux kiesaħ."

Maria tkompli, "Kemm-il darba tarah jinjora lis-sigurtà tiegħu stess u jmur jieħu b'idejn il-fans tiegħu, u japprezzahom. Jiġifieri s-suċċess ma telax għal rasu. Imbagħad issib xi ħadd li għax tela' tarġa tarah jitkabbar! Inħobbok Johnny... kemm nixtieq xi darba narak."

Żgur li ħafna għandhom l-istess ammirazzjoni lejn dan l-attur!

Ritratt:

Facebook/ Maria La Barokka Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI