“Matul Dawn It-3,651 Jum, Imlejt Ħajjitna B’Tant Ferħ U Mħabba” – Ludwig Galea Lil Bintu Kristina

Ludwig Galea

Il-kantant lokali Ludwig Galea kiteb messaġġ lil bintu Kristina, hekk kif qed tiċċelebra għeluq l-10 snin tagħha. Flimkien ma' filmat mimli ritratti memorabbli, Ludwig kiteb l-awguri tiegħu.

Permezz ta’ kitba mill-qalb, Ludwig qasam kelmtejn speċjali għal Kristina, fejn fakkar kemm għaddew malajr is-snin minn mindu daħlet f’ħajjithom u kemm ferħ, imħabba u emozzjonijiet ġabet magħha.

Fil-messaġġ tiegħu, Ludwig jikteb, "Matul dawn it-3,651 jum, imlejt ħajjitna b’tant ferħ, imħabba u emozzjoni. Jien u ommok kburin immens bik; mhux biss dak kollu li ksibt, imma fuq kollox għax qed issir tfajla intelliġenti, responsabbli u matura."

Awguri mill-qalb Kristina! Ara l-filmat li ħejja għall-okkażjoni HAWN

Ritratt:

Facebook/ Ludwig Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI