Studenti Maltin B’Suċċess Ieħor Ġewwa Kosovo

Suċċess ieħor għal La Voix Academy, immexxija minn Gillian Attard, hekk kif id-delegazzjoni Maltija kisbet riżultati mill-aqwa f’kompetizzjoni internazzjonali tal-kant.

Minbarra r-rebħa tal-Grand Prix minn Mireille, il-kantanti tal-akkademja rebħu wkoll l-ewwel, it-tieni u t-tielet post f’kategoriji differenti, flimkien ma’ diversi Special Awards u unuri għall-Best Performance, u b’hekk komplew isaħħu r-reputazzjoni ta’ Malta fix-xena internazzjonali tal-mużika.



F’messaġġ mimli emozzjoni, Gillian Attard qalet li tara lill-kantanti tagħha jitilgħu fuq il-palk b’kunfidenza, passjoni u determinazzjoni kien wieħed mill-aktar mumenti ta’ kburija fil-karriera tagħha.

Hija rringrazzjat lill-kantanti, lill-kowċis, lill-membri tad-delegazzjoni u lill-ġenituri tal-appoġġ kontinwu tagħhom, filwaqt li sostniet li d-delegazzjoni qed tirritorna Malta b’memorji sbieħ, ħbiberiji ġodda u kisbiet li jimlew lill-pajjiż kollu bil-kburija.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI