Malta rreġistrat 123 każ ġdid ta’ Covid-19, skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, wara li saru 3,100 test fl-aħħar 24 siegħa.
Il-gżejjer irreġistraw 105 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammonti totali ta’ rkupru telgħu għal 8,120 u n-numru ta’ każijiet attivi huma 2,051. Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 10,320 każ u wettqet 439,477 test.
Il-Professur Gauci qalet li kien hemm mewta oħra ta’ anzjan fl-aħħar 24 siegħa.