Il-preżentatur Andrew Azzopardi ħabbar li l-programm Campus 103.7 se jkollu pawża qasira. Hu kiteb messaġġ ta’ tifħir lill-kollega tiegħu Michaela li akkumpanjatu fuq dan il-programm.
Hu kiteb, “Tal-aħħar qabel ma nieqfu għal ftit break... Kien ta' privileġġ kbir għalija li naħdem ma' din iż-żagħżugħa, Michaela. Mhux għax f'wiċċha, imma għandha potenzjal kbir, għax kull ma tagħmel tagħmlu bil-qalb, b'ħeġġa li titgħallem kif wkoll bi ħsieb kritiku. Brava.”
Fil-kummenti ta’ dan il-messaġġ, b’ton ta’ apprezzament ġenwin Michaela kitbitlu, “Bongu Andrew Azzopardi! Grazzi ħafna tal-opportunità li tajtni li nkun parti mill-programm. Napprezza mmens.”
Facebook / Andrew Azzopardi