“Matul Dil-Ġimgħa, Mewġa Ta’ Sħana Qawwija Fuq Erbat Ijiem Affettwat Diversi Pajjiżi Fil-Punent U Ċ-Ċentru Tal-Ewropa” – It-Temp Madwarna

Il-paġna lokali ‘It-Temp Madwarna’ kitbet dwar il-mewġa ta’ sħana li ħakmet l-Ewropa.

Kitbu, “Matul dil-ġimgħa, mewġa ta’ sħana qawwija fuq erbat ijiem affettwat diversi pajjiżi fil-Punent u ċ-ċentru tal-Ewropa, b’temperaturi li kisru r-rekords ta’ Ġunju! L-agħar milquta kienu Franza, Spanja, l-Ingilterra, il-Belġju, l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Italja, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja li kollha rreġistraw temperaturi viċin jew saħansitra iżjed minn 40°C."

Żiedu jgħidu, “Minbarra t-temperaturi għoljin, bosta minn dawn il-pajjiżi mhux imdorrijin jilqgħu għall-mewġiet tas-sħana, minħabba infrastruttura li aktar hi maħsuba għall-kesħa u l-borra, milli għal temperaturi estremi.  Lokalment, minkejja li t-temperaturi qed ikunu kostantament madwar 4°C ogħla mill-medja, xorta mhix kunsidrata mewġa ta’ sħana, minħabba li l-kriterji stabbiliti ma ntlaħqux (bi ftit).”

Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI