Jgħaddu kemm jgħaddu snin, it-telfa ta’ xi ħadd għażiż dejjem tibqa’ tinħass kiefra. Il-Membru Parlamentari Paula Mifsud Bonnici kitbet li llum għaddew 21 sena minn mindu hi u ħutha tilfu lil ommhom.
Hi kitbet, “21 sena minn mindu tlifnik, Ma. Ma tgħaddix ġurnata li ma naħsbux fik u li ma nħossux in-nuqqas tiegħek. Għaddew tant snin, iżda l-imħabba u l-memorji tiegħek jibqgħu ħajjin f'qalbna.”
Żiedet tgħid, “Ibqa' ħarisna u ggwidana f'dak kollu li nagħmlu. Inħobbuk.”
Ippubblikat ukoll ritratt nostalġiku tagħha u ta’ ħutha mdawwrin ma’ ommhom l-għażiża meta kienu għadhom tfal żgħar.
Il-memorja tagħha tibqa’ fi qlubna għal dejjem.
Facebook / Paula Mifsud Bonnici