Ray Azzopardi, kunsillier fil-kunsill lokali tal-Belt Valletta, sellem lil Emanuel Falzon li ħalliena għall-ħajja ta’ dejjem.
Hu kitiblu, “Illum ħalla din id-dinja Emanuel Falzon, magħruf minn ħafna minna bħala “Taz-Żebgħa ta’ ħdejn is-Suq”. Leli kien wieħed minn dawk in-nies li kienu jagħmlu parti mill-identità ta’ Beltna. Bħala wieħed mill-ftit li kellhom ħanut taż-żebgħa fil-Belt Valletta, ra ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ tfal Beltin jikbru u għamel parti mill-ħajja ta’ kuljum tal-komunità tagħna. Nies bħal Leli jibqgħu mfakkra mhux biss għal dak li kienu jagħmlu, iżda wkoll għall-memorji u l-impronta li jħallu warajhom.”
Żied jgħid, “F’ismi, nibgħat il-kondoljanzi mill-qalb lill-familja u lill-qraba tiegħu f’dan il-mument ta’ niket. Strieħ fis-sliem, Leli. Qatt m’int se tintesa mill- Beltin.”
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier.
Facebook / Ray Azzopardi