Gordon Ramsay, il-kok fenomenali, magħruf madwar id-dinja kollha, ftit sigħat ilu ħabbar li għadu kif sar nannu.
Ħabbar dan permezz ta’ messaġġ u ritratt gustuż fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn kiteb, “Nilqgħuk Sinjorina Daphne. Awguri lil Adam u Holly u grazzi ta’ dan ir-rigal tal-Milied perfett. Fl-aħħar sirna nannu u nanna.”
Fir-ritratt li ppubblika tidher l-għażiża bintu Holly, tħares bi mħabba kbira f’għajnejn il-maħbub tagħha Adam u żżomm f’idejha t-tarbija ċkejkna li għadha kif waslet f’din id-dinja.
M’għandniex dubju li l-iktar kok magħruf madwar id-dinja kollha, bħalissa jinsab se jtir bil-ferħ, għaliex hi tassew esperjenza speċjali li ssir nannu. Nawguraw lill-familja kollha, ninsabu ferħanin ħafna għalihom!
Facebook / Gordon Ramsay