Tibda T-Tfittxija Għall-Persuna Li Se Tirrappreżentana Fil-Eurovision Li Jmiss!

Il-paġna uffiċjali tal-Eurovision Song Malta ħabbret li ħarġu r-regoli biex wieħed ikun jista’ japplika biex jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision li jmiss.

Kitbu, “It-Triq għall-Eurovision 2027 tibda hawn! Il-preparamenti għall-Eurovision Song Contest 2027 uffiċjalment bdew u tibda t-tfittxija għall-persuna li se tirrappreżentana fil-Eurovision li jmiss!”

Ħarġu wkoll id-dati uffiċjali. Is-semi finali se ssir nhar il-Ġimgħa, 29 ta’ Jannar. Il-finali se ssir is-Sibt, 30 ta’ Jannar. Se jintgħażlu tmintax-il finalist u 12-il finalist, iżda persuna waħda biss se jkollha l-unur li tirrappreżentana fil-kompetizzjoni internazzjonali.

Interessati tapplikaw? Ibgħatu dan l-artiklu lil xi ħadd li jixtieq jieħu sehem. Ninsabu eċitati mmens u m’għandniex dubju li se nkunu qed naraw talent kbir fuq il-palk!

Ritratt:

Facebook / Eurovision Song Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI