l-attakki terroristi li seħħu fil-11 ta’ Settembru 2001, 22 sena ilu, kienu hijacks fuq l-ajruplani minn 19-il militant assoċċjati mal-grupp terrorist ‘al-Qaeda’ kontra l-Amerka. Din il-ġrajja għadha tissejjah bħala l-agħar attakk terroristiku fl-istorja ta’ dan il-pajjiż. L-attakki f’New York u Washington, D.C. ikkawżaw biex imutu 2,750 persuna, id-19-il terrorist, u eluf oħra jsofru konsegwenzi fiżiċi u mentali.
l-istorja għadha tiżvolġi sal-lum il-ġurnata, hekk kif żewġ vittmi oħra ġew identifikati permezz tad-DNA, li isimhom mhux qiegħed jixxandar b’ordni mill-familji rispettivi tagħhom. S’issa, 1,649 vittmi ġew identifikati u rritornati lura lil familthom. Dr Jason Graham, it-tabib li qed imexxi din ir-riċerka qal li għalkemm din sfida kbira, it-tim bi ħġaru jibqa’ jipprova biex l-iġsma jingħataw lill-familji tagħhom.
Carmen Taylor/AP Images