Bħal-Lum Ħames Ġimgħat Madwar Id-Dinja Jiġi Ċċelebrat Il-Jum Tal-Milied

Żmien tas-sena fejn it-toroq u d-djar Maltin jimtlew b'tiżjin li joħloq atmosfera mill-isbaħ, żmien fejn l-istabbilimenti u l-ħwienet jaraw żieda sostanzjali fil-bejgħ tagħhom hekk kif kulħadd jaħsiblu sabiex jixtri r-rigali lil dawk qrib tiegħu.

Madankollu, l-iktar importanti f'dawn il-ġranet huwa l-ispirtu ta' ferħ u għaqda li dan iż-żmien tas-sena jġib miegħu fejn il-familji u l-ħbieb isibu l-ħin u l-opportunità sabiex jiltaqgħu u jiċċelebraw flimkien festa li f'pajjiżna tfakkar fuq kollox it-twelid ta' Ġesù Kristu, figura importanti ferm fir-reliġjon Kristjan.

Hekk kif jum il-Milied jiġi ċċelebrat proprju bħal-lum ħames ġimgħat, f'pajjiżna diġà beda dieħel ġmielu l-ispirtu tal-Milied hekk kif fil-fatt bosta djar u toroq bdew jiġu mżejna.

Intom bdejtu żżejnu u tħejju d-dar tagħkom għall-Milied jew għad?

Ritratt:

Facebook / Malta Info Guide u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI