38,000 Ruħ Attendew Għall-Aħħar Marċ U Kunċert Ta' Euro Pride 2023

Ilbieraħ ġewwa l-Belt Valletta seħħ l-aħħar marċ u l-aħħar kunċert tal-Euro Pride 2023. Fi kliem l-organizzaturi kollha stess, “tassew spiċċajna fuq nota mill-aqwa.” Fil-fatt ilbieraħ kien jum mimli daqs bajda, fejn mill-ħin ta’ waranofsinhar in-nies bdew jinġemgħu fil-Furjana għall-bidu tal-aħħar marċ tal-Euro Pride 2023.

Filmat li tefgħet il-paġna juri litteralment baħar ta’ kuluri, għaqda, u brijju li ġabu magħhom eluf ta’ persuni matul il-ġurnata kollha. Fil-fatt ilbieraħ attendew sa 38,000 ruħ għall-marċ u għall-kunċert.





Waqt il-marċ u d-divertiment li ħolqu Chris Brown, Cathy K, DJ Sue, Queenz u Bak fl-ewwel parti tal-kunċert inħass il-pjaċir u l-ferħ li kien hemm fl-atmosfera. Warajhom telgħu fuq il-palk kantanti lokali u internazzjonali li taw sett ta’ kanzunetti spettakolari u li huma għall-qalb il-Maltin u L-Għawdxin.

L-ewwel grupp ta’ artisti kienu Katerina Stikoudi, Zrinz, Davvy P, U Emma Muscat, ir-rappreżentattriċi ta’ Malta fil-Eurovision tal-2022, li fil-fatt anke kantat verżjoni mill-isbaħ tal-kanzunetta I Am What I Am.



Aktar tard kien imiss lil The Travellers u Ira Losco, fejn bejniethom taw aktar spettaklu Chris Brown u Cathy K. The Travellers ma jonqosx li kantaw fost l-iktar kanzunetti bil-Malti favoriti tal-Maltin u l-Għawdxin, fosthom mill-album tagħhom Inżul U Tlajja’. 

Tant ieħor Ira Losco li kantat kanzunetti mir-ripertorju tagħha li tista’ tgħid kulħadd jafhom bl-amment. Ma jonqosx il-mument maġiku u nostalġiku meta kantat it-tliet kanzunetti li Ira messet mal-Eurovision bihom; 7th Wonder (ESC 2002), Chameleon (MESC 2016), u Walk On Water (ESC 2016). 

Wara wirjiet tal-bligħ mill-artisti lokali tagħna, kien imiss lill-kantanta ta’ fama internazzjonali Christina Aguilera. Malli rifset fuq il-palk Aguilera, l-udjenza mtliet bl-entużjażmu u bil-ħerqa biex tisma’ fost l-aqwa rekords tal-artista internazzjonali.

Fosthom huma Genie in a Bottle, Feel This Moment, u s-siltiet emozzjonali immens, Say Something u Beautiful. Ir-ritratti u l-filmat li tellgħu fuq il-paġna ta’ EuroPride Valletta 2023, juri l-atmosfera indimentikabbli li ħolqot il-kantanta flimkien mal-udjenza tal-ġenn li kienet preżenti.

Minn qalbna f’isem Gwida.mt nifirħu lil kull min kien involut b’xi mod jew ieħor għal dawn il-jiem ta’ brijju, għaqda, ferħ u fuq kollox, imħabba!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI