Illum jiċċelebra għeluq sninu l-attur lokali Redeemer Galea, li rajnieh f'sensiliet lokali bħal Għeruq, Division 7, Midinbin, Rifless, Il-Patt, Eklissi, La Morna Morna, Fattigi, Ħbieb u Għedewwa, Manwela, iċ-Ċaqqufa, Il-Klinika, Dell Minsi, u riċentament f'Id-Deċiżjoni.
Redeemer kiteb messaġġ biex juri kemm hu grat għal dan il-jum, u kemm japprezza l-messaġġi kollha li jirċievi f'dan il-jum.
"39 ! U l-Mulej għoġbu jagħtini sena oħra! Grazzi kbira lill-mara Marilyn Galea Falzon, lit-tifel Keiren Galea Falzon, familjari tiegħi kollha, il-grupp kollu ta' RCK-Ent. Atturi, kru u dawk kollha ta' madwari li jum wara jum tagħmlu l-ħajja tiegħi interessanti, Grazzi !" jikteb Redeemer.
Qasam ritratt meħud waqt wirja li kien qed jagħti. Awguri mill-qalb Redeemer! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!