“Grazzi Mulej Għal Sena Oħra” – Il-Kantanta Lokali Eleanor Cassar F’Għeluq Sninha

Eleanor Cassar

Il-kantanta lokali Eleanor Cassar, li m'għandha bżonn ta' ebda introduzzjoni, iċċelebrat jum għeluq sninha propju lbieraħ.

Lil Eleanor konna rajnieha tirbaħ l-Għanja tal-Poplu, il-Konkors Kanzunetta Indipendenza u pparteċipat f'numru ta' festivals oħra inkluż il-Malta Eurovision fejn anke waslet sat-tieni post fl-2009 b'Someday.

Kantat anke fuq il-palk ta' Mużika Mużika fil-lejla tal-klassiċi. Eleanor irrappreżentat lil Malta b'suċċess f'diversi pajjiżi barra minn xtutna.

F'post fuq Facebook hi esprimiet gratitudni f'dan il-jum speċjali. "Grazzi Mulej għal sena oħra."

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Eleanor l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum imżewwaq b'dak kollu li tixtieq qalbha. Nittamaw li jkollha sena mimlija suċċessi u esperjenzi mużikali biex tkompli tpaxxi lill-udjenzi bil-vuċi sabiħa tagħha.

Awguri mill-qalb Eleanor!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI