Il-kantanta lokali Kelly Marie Cassar Hili ċċelebrat mument importanti fil-vjaġġ akkademiku tagħha hekk kif kellha l-gradwazzjoni tagħha fil-qasam tal-liġi.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, hi rriflettiet fuq il-vjaġġ li wassalha sa dan il-mument, vjaġġ mimli sfidi, sagrifiċċji u ljieli bla rqad, kif ukoll mumenti fejn setgħet ħasset li l-aktar ħaġa faċli kienet li taqta’ qalbha.
Minkejja d-diffikultajiet, Kelly Marie laħqet dan l-istadju importanti u qalet li issa wasal iż-żmien għal kapitlu ieħor.
Fl-okkażjoni tal-gradwazzjoni tagħha, Kelly Marie esprimiet il-gratitudni tagħha lejn dawk kollha li kienu magħha tul dan il-vjaġġ, fosthom il-familja, il-ħbieb, il-kollegi, il-mentors u l-avukati li tawha l-appoġġ tagħhom.
Hi għalqet il-messaġġ tagħha b’ħarsa lejn il-futur, hekk kif issa tħares lejn il-kapitlu li jmiss fil-karriera tagħha fil-liġi.
Prosit Kelly Marie għal dan is-suċċess sabiħ u nawgurawlek kull suċċess!