“41 Illum… Grazzi Mulej Ta’ Din Il-Grazzja” – Eleanor Cassar

Eleanor Cassar, kantanta li m’għandha bżonn ta’ ebda introduzzjoni f’pajjiżna, rajnieha tirbaħ l-Għanja tal-Poplu, il-Konkors Kanzunetta Indipendenza u rajnieha f’numru ta’ festivals oħra inkluż il-Malta Eurovision fejn anke waslet sat-tieni post fl-2009.





Barra minn dan kollu, tista’ tgħid li Eleanor irrappreżentat lil Malta b’suċċess f’diversi pajjiżi barra minn xtutna. Illum il-kantanta qed tiċċelebra għeluq il-41 sena. F’dan il-jum hi tellgħat post tassew ħelwa b’ringrazzjament lill-Ħallieq fejn kitbet, “41 illum… Grazzi Mulej ta’ din il-grazzja. Infaħħrek għal dejjem.”



F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Eleanor l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum imżewwaq b’dak kollu li tixtieq qalbha. Nittamaw li jkollha sena mimlija suċċessi u esperjenzi mużikali biex tkompli tpaxxi lill-udjenzi bil-vuċi sabiħa tagħha.

Awguri mill-qalb Eleanor!

JJ Chircop – Facebook / Eleanor Cassar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI