49 Sena Anniversarju Mit-Twaqqif Tal-Għaqda Nisa Ġiljaniżi – Nawgurawlhom!

Għaqda nisa

Il-paġna St. Julian's Malta qasmet messaġġ t'awgurju biex tifraħ lill-membri kollha tal-Għaqda Nisa Ġiljaniżi. Għaqda li qed tiċċelebra anniversarju ta' 49 sena!

"Awguri lil Għaqda Nisa Ġiljaniżi li llum, 19 ta' Ottubru, qegħdin jiċċelebraw l-49 sena anniversarju mit-twaqqif tal-għaqda. Din l-għaqda li twaqfet minn Catherine Calleja u Maggie Borg fit-19 ta' Ottubru 1977 għada attiva sal-illum u torganizza laqgħat u ħarġiet regolarment."

It-tim ta' Gwida.mt jawgura ħafna aktar snin ta' ħidma u suċċessi għal din l-għaqda!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI