Bħalissa l-istazzjonijiet lokali jibdew jagħżlu l-programmi li ser jerġgħu jibdew minn Ottubru li ġej. Għamilna ftit riċerka ta' kieku x'jagħżlu n-nies u staqsejna mistoqsija. Liema programm/serje tixtieq li tkun parti mill-iskeda tax-xitwa fuq TVM?
Din hija l-lista:
5 - L-ISpjun
L-iSpjun kien reality show li ġibed l-attenzzjoni ta' ħafna. Kienu saru żewġ edizzjonijiet fl-2005 u fl-2007, bl-aħħar waħda kienet tixxandar LIVE. Minn dan il-programm ħarġu diversi personalitajiet magħrufa fosthom l-Onor. Alex Muscat, il-preżentatur ta' Gadgets Ian Busuttil Naudi,

4 - Madonna Taċ-Ċoqqa - ReMake
Dan is-serje ta' 13-il episodju għamel hit enormi f'Malta. Kien inħareġ darbtejn b'cast differenti. Fuq tlieta toqgħod il-borma. Minjaf forsi l-produtturi jitħajru jerġgħu jagħżlu cast ġdid u jagħmluh mill-ġdid.
3 - Tista' Tkun Int
Kien il-programm tal-Ħadd filgħodu minflokk Ħadd Għalik. Tista' Tkun Int għaqqad diversi persuni, laqqa' ħafna familji u qatgħa x-xewqa ta' ħafna!
2 - Bijografiji
Programm li ma jintesa qatt! Fadal aktar bijografiji x'naraw fosthom kieku jsiru dawn ta' Mary Spiteri, Eileen Montesin u Bjorn Formosa. Hemm xi ħadd ieħor li tixtieq tara?
1 - Delitti f'Malta
Konna sorpriżi meta sirna nafu li dan kien l-aktar programm li vvutaw għalih in-nies. Dan kien jixxandar 2003 fejn kienu jiġu rrakuntati diversi delitti li saru f'Malta. Kull episodju kien jiġi animat bi drama bħala reenactment.
Dawn kienu l-ħames l-iktar favoriti min-nies u inti kieku liema tagħżel minnhom? Ivvotta hawn isfel:
Tista Tkun Int / Bijografiji / Delitti F'Malta / - Youtube