Kemm hu sabiħ li qatt ma taqta qalbek! Celine li ħadet sehem f'X Factor eżatt bħal-lum sena! Cel Ag (kif inhi magħrufa) kienet irritornat lura fix-xena tal-mużika wara 6 snin ta' sofferenzi, skiet u bullying onlajn.
"Ma kinitx l-aqwa prestazzjoni, għax kont mimlija ansjeta u biża'... Bdejt ngħaġġel fil-kanzunett u kien għaddej ħafna minn moħħi. Wara 6 snin ma nkanta fil-pubbliku fuq dak il-programm hekk kbir b'eluf iħarsu lejja! Tgħid il-Bullies kienu qed jarawni? issaqsi Cel Ag.
Wara X Factor, Cel Ag kompliet tkanta u ssemma' l-leħen stupend li għandha. Leħen uniku b'timbru speċjali. Tirrakonta li ddeċidiet li tibda tkanta minn sempliċi sentenza, "Int tista' twaqqaf il-kantant u mhux il-kanzunetta". Din is-sentenza, il-kantanta tgħid li fakritha f'dak li ġiet imwielda biex tagħmel, "U meta tkun twelidt għal xi ħaġa, tista' tieqaf għal ftit imma mhux għal dejjem!" tagħlaq filwaqt li tirringrazzja lil dawk li dejjem emmnu fiha.
Proset Cel Ag, kompli uri min int u t-talent li għandek!