Il-Membru Parlamentari Alex Muscat, ifakkar il-jum li hu sar missier, hekk kif l-għażiża bintu Eva qed tiċċelebra għeluq sninha. Hu jaqsam ritratt magħha flimkien ma' messaġġ qasir u mill-qalb. Messaġġ li jiddiskrivi l-imħabba kbira li għandu lejn bintu u kemm jgħożż dak il-jum, il-jum li ħaddan lil bintu fi ħdanu.
Hu jikteb, "7 snin ilu ġibtli l-akbar ferħ f’ħajti… u llum ngħidlek, kemm kbirtli Eva. Awguri prinċipessa tiegħi."
F’isem it-tim kollu ta’ Gwida, nixtiequ nesprimu l-aktar xewqat sbieħ lil Eva f’dan il-jum speċjali. Nittamaw li din is-sena ġdida ta’ ħajjitha tkun waħda mimlija saħħa, serenità u kuntentizza, u li kull pass tagħha jkun imdawwal b’ferħ, imħabba u opportunitajiet friski. Jalla kull avventura ġdida ġġibilha esperjenzi li tgħożż u tifkiriet li jibqgħu magħha għal dejjem.