Il-paġna ta’ Saħħa għadha kif ħabbret li fl-24 siegħa li għaddew instabu 103 każ ġdid. Il-paġna żvelat ukoll li 169 persuna fieqet mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa huwa ta’ 1985.
It-total ta' każijiet li kellna s'issa jammonta għal 10, 423. Bħal dejjem, il-każijiet li nstabu llum għadhom qed jiġu nvestigati.
Dwar il-każijiet li nstabu lbieraħ hemm:
- 18-il każ minn membri tal-familja li kienu pożittivi
- 6 każijiet minn fuq ix-xogħol
- 4 każijiet minn kuntatt dirett ma' persuni bil-Covid-19
- u 2 każijiet minn laqgħat soċjali b’persuni bil-Covid-19
Bħalissa huwa importanti aktar minn qatt qabel li wieħed iżomm mal-miżuri tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.