Il-Festival Tant Maħbub Mal-Maltin Il-Eurovision Song Contest Ġewwa L-Belt Ta' Rotterdam

Fuq is-sit uffiċjali ta' Eurovision Song Contest għadu kif ġie mħabbar li l-Eurovision Song Contest ta' din is-sena ħa jsir ġewwa l-belt Olandiża ta' Rotterdam. L-Olanda ħa jkunu qed jospitaw dan il-konkors wara r-rebħa ta' Duncan Laurence bil-kanzunetta Arcade ġewwa Tel Aviv, Iżrael!

Din ħa tkun proprju r-raba belt li tospita l-Eurovision Song Contest ġewwa l-Olanda u l-festival mistenni jsir fit-12, 14 u 16 ta' Mejju tas-sena d-dieħla. Is-sala bl-isem ta' Rotterdam Ahoy ħa tkun qed tospita dan il-festival prestiġġjuż. Lura fl-2007, fl-istess belt u l-istess sala kien itella' l-Junior Eurovision Song Contest. Is-sala tista' tospita madwar 17,000 persuna.

Kien hemm numru ta' bliet li wrew interess biex jospitaw dan il-konkors u l-għażla ma kinitx waħda faċli. Imma fl-aħħar għandna l-belt li ħa tkun qed tospita eluf ta' segwaċi ta' dan il-konkors. Tgħid min ħa jkun qed ixejjer il-bandiera Maltia ġewwa Rotterdam din is-sena? Kollox qed jindika li r-rebbieħ tal-X Factor, għal darb'oħra ħa jirrepreżenta lil Malta.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI