Ghislaine Bongailas qasmet l-istorja tagħha fuq il-programm Popolin ilbieraħ filgħaxija fejn qalet li minħabba l-piż tagħha, il-bank ma ridtx jagħtiha estenzjoni fuq il-loan li hi u l-għarus tagħha ħadu biex ikomplu jirranġaw id-dar tagħhom.
Waqt il-programm hi tispjega s-sitwazzjoni tagħha, "Dan l-aħħar disa' xhur applikajna għal extension tal-home loan biex inkomplu nirranġaw il-post jien u l-għarus tiegħi u meta wasalna biex imorru għall-insurance sibna ntopp. Tkellimt ma' tal-insurance u għidtilhom, jiena la npejjep, la nixrob, jien b'saħħti, nirringrazzja 'l Alla qatt ma kelli affarijiet eċċ..."
Ghislaine tkompli tgħid, "Din hija problema li mhux jien biss ngħaddi minnha, imma sfortunatament nitkellem ma' ħafna nies u jgħaddu minnha, għalfejn jiena ta' 24 sena niġi diskriminata. Meta l-insurer qalli ma nistax ninxurjak, ħassejt id-dinja taqa' fuqi..."
Hi tispjega li l-loan mhux qed tieħdu b'kapriċċ iżda biex ikollha xi ħaġa bażika f'ħajjitha. Hi tgħid meta ssib dan il-bieb magħluq tibda tgħid li anqas ħaq l-istudju kollu li wieħed ikun għamel u kemm irisista fuq il-post tax-xogħol eċċ... għax ma jkunx jista' jagħmel dan il-pass u li wieħed jonqos il-piż mhux xi ħaġa li ħa tagħmel mil-llum għall-għada.
Facebook / Popolin