Il-preżentatur minn Tek Tek Tok Luca Lorenzo kemm-il darba jaqsam fuq il-midja soċjali memorji mill-passat - l-aktar dawk fejn fihom ikun hemm l-għażiża nanna tiegħu li tant kien iħobb.
Din id-darba kien imiss memorja speċjali meta fil-fatt għamel pass importanti mmens f'ħajtu u l-familja kienet hemm bħas-soltu lesta biex tappoġġjah. Il-ġurnata meta gradwa. Dak iż-żmien hu kien ħa ritratt prezzjuż flimkien ma' persuni speċjali għalih u fuq il-profil tiegħu Luca jirrakkonta kif pjanaw li jippużaw għal dan ir-ritratt sentimentali flimkien man-nanna.
Bħalissa diversi studenti kieku mhux għall-pandemija qegħdin jiċċelebraw bħas-soltu l-gradwazzjoni tagħhom permezz ta' anke xi festin mal-familja u ħbieb. Din is-sena hi pjuttost differenti.