Fuq il-paġna tal-Malta Police Association, wieħed isib apoloġija li għamlet l-omm li allegat li l-pulizija taw xebgħa lil binha meta kien ġo Paceville għax ma kienx liebes maskra.
L-omm kitbet, "Nixtieq nitlob apoloġija lill-korp tal-pulizija fejn mill-ħidma u investigazzjoni li saru rriżulta li l-verżjoni li xerridt jien hi differenti. Għalhekk minn hawn nitlob skuża lill-pulizija."
B'risposta għal dan il-messaġġ li qasmu l-Malta Police Association kitbu, "Napprezzaw l-apoloġija magħmula f'dan il-każ. Każijiet bħal dawn, fejn jiġu mxandra minn midja mingħajr verifiki neċessarji, ħafna drabi jwaqqgħu l-moral tal-membri tal-Korp, li ta' kuljum, b'sagrifiċċju għalihom u għall-familja tagħhom, jipproteġu lilna llkol."
Din kienet il-post oriġinali li bdiet idur fuq il-mezzi soċjali!
Facebook / Malta Police Association