H&M Se Jkun Qed Jiftaħ Fil-Gżejjer Maltin Fl-2026 – Aħbar Eċitanti Għal Ħafna Klijenti Ta' Din Il-Marka!

Hudson ħabbret li ffirmaw ftehim biex iġibu l-marka internazzjonali H&M f’Malta għall-ewwel darba fl-2026. Il-ħanut se joffri kollezzjonijiet ta’ Womenswear, Menswear, Kidswear u Home, u b’hekk jagħti aċċess dirett lill-Maltin għal brand li s’issa kienu jistgħu jixtru minnu biss barra minn pajjiżhom.

Il-marka Svediża, magħrufa għall-moda u l-kwalità bi prezzijiet aċċessibbli u b’attenzjoni lejn is-sostenibbiltà, se toffri lill-konsumaturi lokali taħlita ta’ stil u valur.

Il-President ta' Hudson, Alfie Borg, qal li din kienet waħda mill-aktar marki mitluba mill-Maltin u li l-ftuħ ta’ H&M f’pajjiżna se jkun kapitlu ġdid fid-dinja tal-moda lokali. Huwa saħaq ukoll li l-għażla ta’ Hudson bħala l-partner ta’ H&M turi kemm il-kumpanija għandha kredibilità u reputazzjoni soda bħala operatur fis-settur tar-retail.

Sam Miller, Head of Franchise ta’ H&M, qal li huma eċċitati li jiftħu l-ewwel ħanut f’Malta flimkien mal-Hudson u li l-għan tagħhom hu li jagħmlu l-moda u l-istil ta’ ħajja aktar aċċessibbli għal kulħadd, filwaqt li jispiraw kreattività u espressjoni personali.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI