“Anke Jekk Id-Dinja Kollha Tkun Kontrik, Jien Se Nkun Miegħek” – Lil Min Qed Jindirizza Joseph?

L-attur u preżentatur Joseph Borg, magħruf ħafna bħala ‘Gorg tad-doughnuts’, kiteb messaġġ verament mill-qalb lill-preżentatur u Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit, hekk kif illum huwa għeluq sninu.

“Inti għad-dinja persuna oħra imma għalija inti d-dinja,” beda Joseph. “Ix-xewqa t’ommok kienet li jiġri x’jiġri bejnitna jien nibqa’ viċin tiegħek, u dak il-ġurament li ħadt m’ommok li jiġri x’jiġri jien se nibqa’ hemm għalik bħala ħuk.”

Joseph kompla billi qal: “U hekk se nibqa’ naghmel li nkun hemm għalik kemm fit-tajjeb u aktar inkun ħdejk fil-mumenti ħziena. Anke jekk id-dinja kollha tkun kontrik jien se nkun miegħek u ħdejk. Il-ġurament li ħadt mhux se niksru… happy birthday għażiż ĦIJA.”



Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lis-Sur Alfred Zammit għal għeluq sninu. Nittamaw li kellek ġurnata mill-isbaħ!

Facebook/Joseph Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI